Ħarsa ġenerali
Din il-formola sservi bħala notifika ta' prodotti li jkun fihom sustanzi attivi li jkunu għadhom taħt reviżjoni skont il-miżuri tranżitorji stipulati fl-Artikolu 89 tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR, Regolament (UE) 528/2012) u l-Avviż Legali 348 tal-2013.
X’ser tingħata
Wara li ssir l-evalwazzjoni tad-dokumenti provduti mill-applikant, u jekk id-dokumenti jkunu sodisfaċenti, ċertifikat ta' irċevuta ta' notifika tinħareġ bl-Ingliż u bil-Malti.
Eliġibbiltà
Din il-formola trid timtela minn persuni li jagħmlu disponibbli prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi li jkunu għadhom taħt reviżjoni fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fis-suq Malti.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
10 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Jumejn