Taħriġ fuq Ċertifikazzjoni - Reġistrazzjoni għall-Korsijiet tal-MCCAA

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

L-MCCAA toffri servizz ta’ taħriġ fuq Sistemi ta’ Ġestjoni skont ir-rekwiżiti tal-istandards Internazzjonali ISO 9001:2015, ISO14001:2015. Dan it-taħriġ jista' jgħin lill-ħaddiema fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-Sistemi fl-organizzazzjoni tiegħek.

X’ser​ tingħata

Kull parteċipant f’dan it-taħriġ jieħu ċertifikat ta’ attendenza.

Eliġibbiltà​​

Kull organizzazzjoni li tadotta Sistema ta’ Ġestjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

5 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika