Ħarsa ġenerali
L-Istitut tal-istandards u l-Metroloġija fi ħdan l-MCCAA jikkontrolla u jipprovdi ċertifikazzjoni lill-operaturi li jipproduċu, jipproċessaw u jimpurtaw (mill-pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea), prodotti tal-ikel bl-imnut, bl-ingrossa u organiċi skont ir-rekwiżiti tar-regolament fuq il-biedja organika EC Reg 834 of 2007. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek tirrekjedi din it-tip ta’ ċertifikazzjoni, inti tista' tibda billi titlob kwotazzjoni u timla formula sabiex tkun tista' tapplika.
X’ser tingħata
Hekk kif tasal l-applikazzjoni tiegħek, wieħed mir-rappreżentanti tagħna jagħmel kuntatt miegħek sabiex ikun jista jagħtik aktar informazzjoni fuq il-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Dan il-proċess jinvolvi awditjar fuq żewġ livelli fejn l-awdituri jwettqu reviżjonijiet tad-dokumentazzjoni kif ukoll awditjar fil-post sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-istandard. Jekk ir-riżultat tal-awditjar ikun wieħed pożittiv, l-organiżżazzjoni tiegħek tkun tista tiġi ppreżentata b’ċertifikat li juri l-konformità mal-istandard Internazzjonali ta’ Sistemi ta’ Ġestjoni.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
10 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
25 jum
Provvista tas-Servizz
3 ijiem