Ħarsa ġenerali
Din l-applikazzjoni hija għal intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju sabiex tapplika għal għotja għall-Energy Audit, li ssir taħt id-direzzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Avviż tal-Gvern 237 u 238 tal-2024.
L-Iskema ta' Promozzjoni ta' Energy Audits f'Intrapriżi Żgħar u Medji hija maqsuma f'2 għażliet, imsejħa Skema A u Skema B. L-Iskema A hija intiża għal intrapriżi li huma elenkati taħt ir-Regolament De Minimis, filwaqt li l-Iskema B hija għal intrapriżi eliġibbli taħt ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija.

X’ser tingħata
L-Għotja tkopri l-ispiża ta' Energy Audit sal-limitu massimu mogħti hawn taħt:
L-Ewwel Kategorija - Intrapriżi ta' daqs Medju fil-Kodiċi NACE C u I --> € 5,000
It-Tieni Kategorija - Intrapriżi ta' daqs Medju fil-Kodiċi NACE l-oħra kollha --> € 3,000
It-Tielet Kategorija - Intrapriżi Żghar fis-sottogrupp 55 tal-Kodici NACE C u l-Kodiċi NACE I --> € 3,000
Ir-Raba' Kategorija - Intrapriżi Żgħar fil-Kodici NACE u s-sottogruppi l-oħra kollha tal-Kodici NACE --> € 1,000

Eliġibbiltà
Intrapriżi żgħar u/jew ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (2003/361/KE).
Kif tapplika
Imla l-formola tal-applikazzjoni u ibgħat permezz tal-websajt jew billi tibgħat email fuq energyefficiency@gov.mt.
Din l-iskema bħalissa hija miftuħa sa Diċembru 2026.

Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekjar tal-Applikazzjoni
5 ijiem
Ħruġ ta' Ittra ta' Għotja
5 ijiem