Ħarsa ġenerali
Il-proċess ta' trade test ġie mwaqqaf sabiex jassessja individwi li jkunu akkwistaw għarfien u ħiliet fil-qasam iżda ma jkollhomx kwalifika formali. Permezz ta' dan il-proċess il-kandidat jiġi assessjat permezz ta' intervista, eżami tat-teorija u eżami tal-prattika.
X’ser tingħata
Ċertifikat ta' Kompetenza.
Eliġibbiltà
Meta persuna japplika għal-Proċess ta' Validazzjoni (trade test), jingħata assessment criteria li hu dokument ta’ linja gwida dwar il-proċess, u sabiex jgħin lill-applikant jiddetermina jekk għandux livell mistenni sabiex jagħmel it-trade test. L-applikant hu mistenni li jaqra dan id-dokument u jikkonferma li għandu l-ħiliet mħtiega spjegati fid-dokument.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha.
L-applikazzjoni (flimkien ma’ dokumenti oħra neċessarji) tista’ tiġi milqugħa personalment fl-uffiċċji tal-Jobsplus, f’Ħal Far jew mibgħuta bil-posta rreġistrata fl-indirizz postali lil:
Jobsplus Training Complex
Trade Test
Hal Far Road
Ħal Far BBG 3000
jew permezz ta' imejl fuq tradetest.jobsplus@gov.mt

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
6 xhur