Għajnuna għall-Innovazzjoni għal Intrapriżi ta' Daqs Żgħir u Medju (SMEs)

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din il-miżura tgħin lill-impriżi eliġibbli biex jirkupraw parti mill-ispejjeż imġarrba għas-self ta' persunal bi kwalifiki għolja minn impriżi kbar u organizzazzjonijiet ta' riċerka u tixrid ta' għarfien.

X’ser​ tingħata

L-għajnuna tingħata fil-forma ta' krediti ta' taxxa u hija limitata għal 50% tal-ispejjeż eliġibbli.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti għandhom ikunu impriżi li qed jippjanaw jew iwettqu attivitajiet ta' żvilupp sperimentali.

Persunal bi kwalifiki għolja huwa persunal li għandu grad ta' edukazzjoni terzjarju u mill-inqas 5 snin esperjenza professjonali rilevanti li jistgħu jinkludu wkoll taħriġ ta' dottorat.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mimlija u ffirmati permezz ta' imejl lil R&D@maltaenterprise.com.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

3 xhur

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

20 jum

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

20 jum

Provvista tas-Servizz

5 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika