Ħarsa ġenerali
| L-iskop tal-inċentiv huwa li jassisti u jiffaċilita lin-negozji tal-familja biex jittrasferixxu n-negozju tagħhom minn ġenerazzjoni għall-oħra billi jipprovdi benefiċċji inklużi benefiċċji ta' governanza u benefiċċji fiskali għall-ġestjoni u organizzazzjoni aħjar fi ħdan il-familja u n-negozju. |
X’ser tingħata
| L-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda ma għandux jaqbeż l-ammont ta' €200 000 f'kull perjodu ta' tliet snin fiskali konsekuttivi. |
Eliġibbiltà
| L-Applikant għandu jkun irreġistrat bħala Family Business mal-Family Business Office u għandu jkollu f'idejh ċertifikat ta' reġistrazzjoni validament imġedded maħruġ mill-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja. L-Applikant ma jrid ikollu l-ebda ħlasijiet relatat mal-VAT, it-Taxxa tad-Dħul u s-Sigurtà Soċjali. L-Applikant m'għandux ikun involut f'attivitajiet speċifikament esklużi taħt ir-Regolament de minimis. |
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha
Dokumenti mehtieġa |
| Id-dokumenti meħtieġa huma; Formola tal-applikazzjoni Family Business Certificate Tax Compliance Certificate |
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
20 jum
Provvista tas-Servizz
5 ijiem