Ħarsa ġenerali
L-għotja fuq Xiri ta’ Apparat Speċjalizzat toffri sapport u assistenza finanzjarja lil persuni b’diżabilità dwar xiri ta’ apparat speċjalizzat sabiex ikomplu fil-ħajja tagħhom. Lista definittiva tal-apparat eliġibbli hija pprovduta mill-Avviz tal-Gvern rispettiv.
X’ser tingħata
Tingħata għotja ta’ mhux aktar minn 4.5% fuq il-valur tax-xiri ta’ apparat speċjali mniżżel fuq l-ewwel parti tal-iskeda (A) u ta’ mhux aktar minn 17.5% fuq il-valur tax-xiri ta’ apparat speċjali mniżżel fuq it-tieni parti tal iskeda A u sa għotja ta’ limitu massimu ta’ €1,000 tul perjodu ta’ 5 snin.
Eliġibbiltà
Persuni bi bzonnijiet specjali li huma fil-pussess tal-ID Card Speċjali jew xi persuna jew entità oħra f’isem persuna b’diżabilità li hija rreġistrata bħala persuna b’diżabilità mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità;
Kif tapplika
Applikazzjonijiet taħt din l-iskema għandhom isiru permezz tal-portal elettroniku uffiċjali jew billi żżur wieħed miċ- ċentri tas- Servizz.gov f’Malta jew l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (Uffiċċju ta’ Għawdex) f’Għawdex,
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 ijiem