Ħarsa ġenerali
Sharing Lives joffri opportunitajiet lill-voluntiera u lill-persuni b’diżabilità biex jaqsmu esperjenzi flimkien, joħolqu interazzjonijiet soċjali u jibnu ħbiberiji.
X’ser tingħata
Voluntiera jingħataw taħriġ u sapport kontinwu biex l-Aġenzija taċċerta li jingħata servizz ta’ livell għoli. Jingħata wkoll ċertifikat lil voluntiera li joffru 30 siegħa ta’ servizz.
Eliġibbiltà
Voluntiera jeħtieġ li jkollhom 16-il sena jew iktar.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Dokumentazzjoni meħtieġa:
- Kondotta tal-pulizija reċenti.
- Referenza li tirrakkomanda lill-voluntier biex jaħdem ma’ persuni b’diżabilità. Dan jista’ jkun professjonist, qassis, għalliem, eċċ. li jaf lill-individwu.
- Il-voluntiera li għandhom inqas minn 18-il sena huma meħtieġa wkoll jippreżentaw formola tal-kunsens mill-ġenituri tagħhom. Din il-formola speċifika tista’ tingħata mit-tim ta’ Sharing Lives fuq talba.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
7 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
7 ijiem
Provvista tas-Servizz
15 - il jum