Eżenzjoni għal Ħaddiema Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi milli jirreġistraw taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 30 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Ħaddiema li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati li huma jew ċittadini ta’ pajjiżi li Malta għandha ftehim bilaterali magħhom (Kanada, Awstralja, New Zealand jew il-Libja); jew inkella huma impjegati bħala Carers personali ma’ employer wieħed, jistgħu jitolbu li jkunu eżentati milli jirreġistraw f'Malta taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Dan sakemm ikunu qegħdin iħallsu kontribuzzjonijiet tal-istat f’pajjiżhom, u sakemm ikunu koperti minn Polza Privata tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa valida għal Malta, li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa sa ammont minimu b’kopertura minima ta’ mitt elf euro (€100,000.00).
 

Impjegati oħrajn li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li la huma ċittadini ta’ pajjiżi li magħhom Malta għandha ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali jew lanqas huma impjegati f’Malta bħala carers personali, jistgħu japplikaw biex jingħataw eżenzjoni sal‑28 ta’ Frar 2027 għall-aħħar darba. Wara din id‑data, ma jinħarġux aktar ċertifikati ta’ eżenzjoni lill-applikanti minn pajjiżi terzi li la huma ċittadini ta’ pajjiżi li magħhom Malta għandha ftehim bilaterali dwar is‑sigurtà soċjali u lanqas huma impjegati f’Malta bħala carers personali.
 

Ċertifikat ta’ Eżenzjoni jinħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jeżenta liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi  impjegati milli jirreġistraw f'Malta.

X’ser​ tingħata

Il-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati għandhom jirċievu Ċertifikat ta’ Eżenzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li jeżenta milli jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f'Malta sad-data tal-Permess ta’ residenza maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.
 

Madankollu, min iħaddem jeħtieġ li jirreġistra l-impjieg tal-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-Kummissarju tat-Taxxi u mal-Jobsplus, għalkemm huwa awtomatikament eżentat mis-sehem tiegħu tal-kontribuzzjonijiet tal-Klassi 1 tal-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Eliġibbiltà​​

  • Il-ħaddiem irid ikun jew: 

    • Ċittadin ta’ pajjiżi tal-Kanada, Awstralja, New Zealand jew il-Libja; jew 

    • Huma impjegati bħala Carers personali ma’ employer wieħed.

    • Ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra jistgħu jiġu eżenati biss sat-28 ta’ Frar 2027.

  • Għandhom permess uniku (residenza u xogħol) validu, jew issottomettaw applikazzjoni lil aġenzija tal-gvern Malti Identità.

  • Assigurati fil-pajjiż terz tagħhom ma’ istituzzjoni nazzjonali.

  • Ikunu koperti minn Polza Privata tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa valida għal Malta, li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Permess uniku (residenza u xogħol) maħruġa minn l-aġenzija governattiva Maltija Identità, jew ittra ta’ konferma tar-reġistrazzjoni jekk il-permess ikun għadu mhux disponibbli.

  • Irċevuta tal-aħħar pagament tal-kontribuzzjoni tal-istat mill-istituzzjoni nazzjonali fil-pajjiż terz tiegħu.

  • Kopja ta’ Polza Privata tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa valida għal Malta, li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa sa ammont minimu ta’ mitt elf ewro (€100,000.00).

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Reġistrazzjoni tal-Applikazzjoni

Ġurnata

Ipproċessar tal-Applikazzjoni

19 - il jum

Ipproċessata - Ittra tan-Notifika Maħruġa

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika