Allowance ta’ Ltim (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Allowance ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal li l-l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’ser​ tingħata

Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem lill-persuna fdata bil-kura u kustodja.

Din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16) sena.

Ikklikkja hawn għal skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

  • Persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal, li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.

  • Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

  • Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Dikjarazzjoni tal-applikant/a, u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id- dikjarazzjoni.

  • Digriet tal-Qorti li jirrigwardja l-kura u kustodja tat-tfal.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika