Ħarsa ġenerali
Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li mhumiex eliġibbli għall-Proċess ta' Single Permit, bħal:
- Ħaddiema temporanji
- Studenti
- Ħaddiema li jigu ingaġġati biex joffru servizz
- Persuni li jaħdmu għal rashom
Jistgħu jużaw din il-formola biex japplikaw għal Liċenzja ta' impjieg.
X’ser tingħata
Liċenzja ta' impjieg li tawtorizza Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi biex jaħdmu.
Eliġibbiltà
Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għall-Proċess ta' Single Permit, li huwa permess li japprova r-residenza u l-impjieg.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u pprintjaha.
Il-formola tal-applikazzjoni, flimkien mal-lista ta' dokumenti mandatorji speċifikati għandha tiġi sottomessa personalment fl-uffiċċji tagħna jew bil-posta:
The Employment Licences Unit
L-Uffiċċju Ewlieni tal-JobsPlus
Ħal Far BBG 3000
Xi wħud mid-dokumenti addizzjonali għandhom ikunu kopji awtentikati tad-dokument oriġinali jew iffirmati oriġinalment.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
20 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Jumejn