Allowance Supplimentari – Mhux Responsabbli tal-Familja (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna waħeda, li taħdem bi dħul baxx, li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal u mhux responsabbli tal-familja li tgħix magħha. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.

 

Minn Jannar 2026, dawk il‑benefiċjarji li għandhom aktar minn ħamsa u sittin (65) sena, issa se jkunu awtomatikament intitolati għall‑Għajnuna Medika b’xejn (Karta r-Roża) mingħajr ma jkollhom jgħaddu minn test tal‑mezzi għaliha.

X’ser​ tingħata

Il-pagamenti għal din l-Allowance jitħallsu kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

  • Persuna waħedha li mhix responsabbli tal-familja li tgħix magħha, qed tgħix mal-ġenituri tagħha, filwaqt li tkun qiegħda taħdem bi qligħ.

  • Id-dħul totali li għandu jiġi kkalkolat m'għandux jaqbeż erbatax-il elf ewro (€14,000).

  • Il-limitu tad-dħul huwa bbażat fuq id-dħul u l-emolumenti għas-sena relevanti (datata b’lura b’sentejn mid-data tal-intitolament); id-dħul minn pensjoni barranija tas-sena ta’ qabel l-applikazzjoni u d-dħul minn pensjoni lokali tas-sena kurrenti tal-applikazzjoni.
     

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Jekk l-applikant/a huwa/hija impjegata, FS3 tas-sena rilevanti ta’ kull impjieg, kemm jekk full-time kif ukoll part-time, u li trid tkun iffirmata mill-prinċipal.

  • Jekk l-applikant/a huwa/hija j/taħdem għal rasu/ha, il-kontijiet tal-Qligħ u t-Telf, li jinkludu riċevuti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa tas-sena relevanti.

  • • F’każ ta’ diretturi / azzjonisti maġġuri ta’ kumpaniji, il-Kontijiet Finali ivverifikati, li jinkludu ukoll riċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa.

  • F’każ ta’ separazzjoni jew divorzju, kuntratt tas-separazzjoni jew divorzju jridu jiġi pprovduti.

  • Kopja tal-passaport, jekk l-applikant/a kellu/ha perjodu ta’ aktar minn tliet (3) xhur residenti barra minn Malta.

  • Dokument ta’ prova jekk l-applikant/a qiegħed / qiegħdha fuq leave mingħajr ħlas mix-xogħol.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika