Ħarsa ġenerali
Din l-Iskema tipprovdi benefiċċju għall-akkomodazzjoni lill-inkwilini fuq kera mħallsa għall-bini mikri bħala residenza ordinarja tal-applikanti u l-familji tagħhom biex b'hekk il-kera ssir aktar affordabbli.
Għall-ewwel darba dan il-benefiċċju qed jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul tal-applikanti iżda wkoll fuq in-nefqa tal-kera tagħhom.
X’ser tingħata
L-Iskema tal-Benefiċċju tad-Djar tal-Kera Privata tipprovdi assistenza finanzjarja għall-pagamenti tal-kera.· L-iskema tiżgura li ħadd ma jkollu jħallas aktar minn 25% tad-dħul fil-kera tiegħu; sakemm il-kera mħallsa ma taqbiżx l-€400 / xahar għal singles u koppji mingħajr tfal; €500 / xahar għal familji b'wild wieħed u €600 / xahar għal familji b'żewġt itfal jew aktar
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Hemm tariffa amministrattiva ta’ €20.00 li ma tingħatax lura meta tissottometti applikazzjoni.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Valutazzjoni ta' Applikazzjoni
5 ijiem
Ipproċessar ta' Applikazzjoni
30 jum
Provvista tas-Servizz
Ġurnata