Ħarsa ġenerali
Il-formola ta’ rappurtar se tkun għodda onlajn biex tintuża minn kulħadd fuq il-websajt tal-Awtorità tad-Djar. Persuna tkun tista’ tirrapporta irregolarità għal kwalunkwe proprjetà mikrija mill-gvern, Nikru biex Nassistu (proprjetajiet ta’ kiri għal 10 snin) u għal kirjiet fis-suq tal-proprjetà privata.
X’ser tingħata
L-għan ewlieni tal-formola l-ġdida onlajn huwa li tħeġġeġ lill-pubbliku jirrapporta l-irregolaritajiet, permezz ta’ metodu sempliċi iżda effettiv. Id-dokument se jiggwida lill-pubbliku dwar dak li jista’ jiġi rrappurtat permezz ta’ lista drop-down ta’ irregolaritajiet rapportabbli possibbli.
Eliġibbiltà
Il-formola se tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-websajt tal-Awtorità tad-Djar, taħt link speċifikata. L-informazzjoni personali trid tiddaħħal qabel ma tiġi sottomessa.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dokumenti meħtieġa
Il-persuna li tissottometti l-formola tkun meħtieġa tipprovdi isimha u kunjomha, in-numru tal-karta tal-identità, in-numru tal-kuntatt u l-email. Se jkun disponibbli wkoll fejn jiġi mehmuż kwalunkwe ritratti/informazzjoni rilevanti.
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Applikazzjoni qeda tiġi pproċessata
5 ijiem
Applikazzjoni Lesta
Ġurnata