Trasport għall-iskejjel mhux tal-istat mingħajr ħlas

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 28 Awwissu 2026

Ħarsa ġenerali

Minn Settembru 2018, il-Gvern introduċa trasport għall-iskejjel b’xejn għall-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-knisja u indipendenti. Eluf ta’ studenti li jattendu dawn l-iskejjel huma eliġibbli biex jibbenefikaw minn din l-iskema.

X’ser​ tingħata

Aktar minn 100 fornitur ta' dan is--servizz issa ffirmaw ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport biex joffru servizz ta’ trasport skolastiku bla ħlas lill-istudenti li jattendu skejjel mhux statali.

 

Eliġibbiltà​​

  • L-istudenti huma residenti f’Malta. (L-istudenti li għandhom Karta tal-Identita’ diplomatika għandhom jikkuntattjaw lit-taqsima tat-trasport tal-iskejjel għal aktar informazzjoni);

  • Studenti li bħalissa qegħdin f’sena skolastika obbligatorja, jiġifieri mill-Kinder 1 sal-11-il Sena;

  • Studenti li joqgħodu raġġ ta’ distanza ta’ 1 km ‘l barra mill-indirizz tar-residenza primarja tagħhom sal-iskola.

 

“Il-ġenituri li għandhom in-nazzjonalità Maltija u li d-dettalji tagħhom bħalissa mhumiex marbuta mat-tifel jew tifla tagħhom huma mistiedna jinnotifikaw lir-Reġistru Pubbliku billi jibagħtu email lil publicregistry.identita@gov.mt”.

Kif tapplika​

Il-ġenituri/kustodji legali huma meħtieġa japplikaw online kull sena għall-Iskema tat-Trasport Skolastiku bla Ħlas permezz ta’ voucher maħruġ mill-MES. Il-vouchers tas-snin preċedenti ma jiġġeddux awtomatikament.

Il-proċess tal-applikazzjoni online għas-sena skolastika 2026/2027 se jkun miftuħ mill-4 ta’ Mejju 2026 u jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu 2026.

Wara din id-data, l-applikanti huma mitluba jżuru l-Ministeru biex japplikaw mill-One Stop Shop fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana, fil-ħinijiet li ġejjin:

 

 

  • Kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:30 a.m. u s-2:00 p.m.

  • Nhar ta’ Erbgħa bejn id-9:30 a.m. u s-6:00 p.m.

  • Nhar ta’ Sibt bejn it-8:00 a.m. u t-12:00 p.m.

 

           Gozo CollegeKulleġġ t’Għawdex, Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex

  • Kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-12:00 p.m.

 


 

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika