Ħarsa ġenerali
Din l-applikazzjoni għandha tintuża għar-reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tal-grooming għall-annimali domestiċi skont ir-Regolamenti tal-2024 dwar Standards għall-Operat ta' Stabbilimenti tal-Grooming t’Annimali Domestiċi.
X’ser tingħata
Dan il-proċess iwassal biex negozjant/persuni interessati jirreġistraw l-istabbiliment tagħhom li joperaw bħala grooming tal-annimali domestiċi.
Eliġibbiltà
Operaturi ekonomiċi interessati / Groomers liċenzjati.
Kif tapplika
Il-formola tal-applikazzjoni tista' timtela u tiġi sottomessa online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Ipproċessar ta’ applikazzjoni
20 jum
Provvista tas-Servizz
10 ijiem