Ħarsa ġenerali
Accessible Beach Hoist għad-Dħul fil-Baħar
Individwi b'nuqqas ta’ mobilità issa jistgħu jaċċessaw il-baħar b'mod sigur permezz ta’ hoist fuq il-bajja li jinsab fil-Menqa, Marsalforn. Il-prenotazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tal-App MyGozo u huma disponibbli kull siegħa mill-10:00am sal-5:00pm, b'kull sessjoni ddum bejn siegħa u sagħtejn. Attendant tal-ERRC se jkun preżenti biex jassisti minn 15-il minuta qabel sa 15-il minuta wara l-ħin skedat tiegħek.
X’ser tingħata
Assistenza minn membru tal-ERRC biex juża l-hoist għad-dħul fil-baħar.
Eliġibbiltà
Individwi b'nuqqas ta’ mobilità
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħat.
Dan is-servizz jista’ jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mobile app myGozo li tista’ titniżżel mill-Play Store jew l-App Store.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata