Catch Up Classes - Xitwa u Sajf

Aġġornat l-Aħħar: It-Tnejn 28 Settembru 2026

Ħarsa ġenerali

L-għan tal-Winter (Saturdays) Catch-Up Programme 2026-27 huwa li jgħin lill-istudenti li jeħtieġu ftit aktar għajnuna u reviżjoni fl-istudji tagħhom. Dan il-programm jagħti ukoll opportunità ta’ reviżjoni lil dawk li jixtiequ jirrevedu u jħossuhom aktar kunfidenti matul is-sena skolastika. Il-programm huwa maħsub għall-istudenti mill-1 sal-11-il sena u huwa miftuħ għall-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex. 

 

Il-Catch-up Classes jipprovdu opportunità ta’ reviżjoni fis-suġġetti ewlenin li jkunu saru matul is-sena skolastika preċedenti. Dawn il-lezzjonijiet qed jiġu provduti u mgħallma minn għalliema kwalifikati lill-istudenti kollha fi gruppi żgħar kemm f’livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju. Il-programm huwa mifrux fuq tletin ġimgħa mill-14 ta’ Novembru sal-5 Ġunju ta’ kull nhar ta Sibt filgħodu mid-9:00 sa 12:00 (nofsinhar).

X’ser​ tingħata

Il-Winter (Saturdays) Catch-Up Programme 2026-27 huwa inizjattiva f’forma ta’ lezzjonijiet fiżikament u online maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti mill-ewwel sena tal-iskola Primarja sal-ħdax-il sena tal-iskola sekondarja permezz ta’ reviżjoni u biex jgħinhom jiksbu aktar kunfidenza fl-istudji tagħhom. Il-programm huwa mifrux fuq tletin ġimgħa. 

 

Tul tal-Programm

  • Dati: Is-Sibt, 14 ta’ Novembru 2026 – Is-Sibt, 5 ta’ Ġunju 2027 

  • Skeda:  Kull nhar ta’ Sibt filgħodu għal 30 ġimgħa 

 

Ħinijiet tal-Ftuħ taċ-Ċentri

  • Ċentri Primarji: 9:00 ta’ filgħodu – 12:00 ta’ nofsinhar

  • Ċentri Sekondarji: 9:00 ta’ filgħodu – 12:00 ta’ nofsinhar

 

 

 

Ċentri Fiżiċi (In-Person Centres)
Primarji (Mill-1 sena sas-6):

  1. Skola Primarja Marsascala (San Ġwakkin)

  2. Skola Primarja Raħal Ġdid (Paola)

  3. Skola Primarja Santa Venera

  4. Skola Primarja Mosta (Skola Sekondarja Lily of the Valley)

  5. Skola Primarja Rabat Għawdex

 

Sekondarji (Mis-7 sal-10 sena):

  1. Skola Sekondarja Mosta (Lily of the Valley) - (Mis-7 sal-10 sena)

 

Ċentri Virtwali (Online)

  1. Skola Primarja Virtwali (Mill-1 sena sas-6)

  2. Skola Sekondarja Virtwali (Mis-7 sal-11-il sena)

 

Għalliema Kwalifikati

Il-lezzjonijiet jingħataw minn għalliema kwalifikati u li għandhom warrant tat-tagħlim.

Suġġetti Offruti

L-istudenti se jkopru dawn is-suġġetti:

  • Matematika, Malti, Ingliż, Xjenza u Fiżika.

 

Kif għandek tapplika

  • L-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel.

  • Ladarba l-klassijiet jimtlew, l-istudenti se jiġu poġġuti fuq lista ta’ stennija u jiġu kkuntattjati skont il-possibbiltà ta’ post.

  • Il-programm huwa bla ħlas.

Eliġibbiltà​​

  • Il-programm huwa miftuħ għall-istudenti kollha tal-iskejjel Pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

  • Kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata u evalwata skont il-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi individwali tal-istudent, b’referenza għall-IEP u għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

  • Jekk applikazzjoni ma tiġix aċċettata, id-deċiżjoni tiġi spjegata bil-miktub, b’raġunijiet ċari li jkunu marbuta direttament mal-każ individwali tal-istudent.

Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru online permezz tal-link hawn taħt:

https://workflow.gov.mt/eservice/S11513?language=en 

 

L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Jekk jogħġbok innota li s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ma tiggarantixxix awtomatikament l aċċettazzjoni fil-programm. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu riveduti, u l-ġenituri jiġu kkuntattjati kif xieraq dwar ir-riżultat.

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika