Ħarsa ġenerali
Entitajiet jew intraprendituri li għandhom Konċessjoni Enfitewtika kummerċjali mill-Awtorità tal-Artijiet, li se tiskadi wara l-31 ta’ Awwissu 2025, issa se jkunu jistgħu japplikaw għal estensjoni sa 65 sena.
X’ser tingħata
Benefiċjarji jistgħu jiksbu konċessjoni enfitewtika fuq art tal-Gvern fejn tal-art/propjeta’ tista’ tintuża għall-skopijiet kummerċjali jew proġett industrijali maġġuri skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Applikant interessat fl-Estensjoni ta’ Enfitewsi Temporanja f’Kuntratt għal Binja Kummerċjali Ttrasferita mill-Gvern, l-Awtorità tal-Artijiet jew l-Entitajiet Ekkleżjastiċi permezz tar-Regolamenti dwar Titolu ta’ Enfitewsi, 2020 skont l-Avviż Legali 369 tal-2020.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur