Ħarsa ġenerali
L-iskop ta’ din il-formola hija sabiex Soċjetajiet awtorizzati għandhom japplikaw sabiex jiksbu l-kunsens tal-Awtorita’ tal-Artijiet sabiex jinħaraq xogħol tan-nar fuq kwalunkwe art agrikola propjeta’ tal-Gvern u li kienet diġà qed tintuża għall-ħruq tax-xogħolijiet tan-nar għall-festa tar-raħal jew belt. Tali kunsens jingħata qabel ma jinħareġ il-permess mill-Kummissarju tal-Pulizija u liċenzji oħra relatati b’konformita’ mal-Ordinanza tal-Esplosivi.
X’ser tingħata
L-Assoċjazzjoni Piroteknika ta’ Malta u / jew suċċessuri tagħha jew assoċjazzjonijiet imsieħba magħha li għandhom il-permessi neċessarji b’konformita’ mal-Ordinanza tal-Esplosivi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena u għandhom jindikaw id-dati li fihom ser jinħarqu x-xogħolijiet tan-nar.
Eliġibbiltà
Benefiċjarji jingħataw kunsens sabiex jinħaraq nar minn fuq art agrikola tal-Gvern qabel ma’ dawn japplikaw mal-Kummissarju tal-Pulizija. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur