Ħarsa ġenerali
Din hija formola li permezz tagħha l-pubbliku ġenerali, inkluż skejjel, għaqdiet u gruppi jistgħu japplikaw biex iżuru l-faċilitajiet ta’ Aquatic Resources Malta. F’dawn iż-żjajjar il-pubbliku ġenerali jiltaqa’ ma’ uffiċċjala tal-aġenzija u jitgħallmu dwar proġetti ta’ riċerka u konservazzjoni fl-akwakultura u s-sajd.
X’ser tingħata
Il-viżitatur ikollu l-opportunita’ jiltaqa’ ma’ uffiċċjali responsabbli direttament minn proġetti ta’ riċerka u konservazzjoni. Ikollu l-opportunita’ jara speċi varji u jitgħallem dwarhom.
Eliġibbiltà
Jistgħu jżuru l-faċilitajiet t’Aquatic Resources Malta: Tfal minn 9 sa 16-il sena (akkumpanjati u taħt superviżjoni) u persuni minn 17-il sena ‘l fuq.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ssottometti.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 xhur