Ħarsa ġenerali
Malta stabbiliet bosta ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi oħrajn biex tikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali u tiżgura li individwi li jmorru minn pajjiż għal ieħor jistgħu jaċċessaw il-benefiċċji li huma intitolati għalihom. Dawn il-ftehimiet għandhom rwol kruċjali biex jipprovdu kopertura tas-sigurtà soċjali u jiġi evitat il-ħlas doppju tal-kontribuzzjonijiet.
X’ser tingħata
Il-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali: Dawn il-ftehimiet jgħinu lill-individwi jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għal skema ta’ pensjoni f’pajjiż tal-ftehim. Pereżempju, jekk persuna Maltija ma tkunx ikkontribwiet biżżejjed fis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija biex tikkwalifika għal pensjoni, il-ftehim jippermetti perjodi ta’ residenza jew il-kontribuzzjonijiet fil-pajjiż l-ieħor biex jingħaddu mal-iskema Maltija.
Il-Portabbiltà tal-Benefiċċji: Ftehimiet bilaterali jiżguraw li l-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali f’pajjiż jistgħu jitħallsu lill-benefiċjarji li joqogħdu f’pajjiż ieħor. Pereżempju, ċittadini Maltin jistgħu jirċievu l-pensjonijiet Awstraljani, Kanadiżi jew ta’ New Zealand tagħhom anke jekk jiġu lura Malta.
L-Evitar ta’ Kontribuzzjonijiet Doppji: Dawn il-ftehimiet jirregolaw il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jiġi evitat il-ħlas doppju fil-pajjiżi firmatarji. Dan huma partikolarment importanti għal individwi li jaħdmu f’bosta pajjiżi matul il-karrieri tagħhom.
Trattament Ugwali: Individwi koperti minn dawn il-ftehimiet huma ttrattati ugwalment fl-aspetti miftiehma kollha tas-sigurtà soċjali, daqs li kieku kienu ċittadini tal-pajjiżi rispettivi.
Applikazzjonijiet taħt il-Ftehimiet Bilaterali f’Malta
Malta – L-Awstralja
• Pensjoni tal-Invalidità
• Pensjoni tal-Irtirar
• Pensjoni tar-Romol
Malta – Il-Kanada
• Pensjoni tal-Invalidità
• Pensjoni tal-Irtirar
• Pensjoni tar-Romol
Malta – New Zealand
Pensjoni tal-Irtirar
Pensjoni tar-Romol
Eliġibbiltà
Trid tkun residenti jew ċittadin(a) ta’ Malta jew tal-pajjiż tal-ftehim.
Trid tkun ikkontribwejt fis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ Malta jew tal-pajjiż tal-ftehim.
Il-kriterji speċifiċi għall-eliġibbiltà jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż tal-ftehim u t-tip ta’ benefiċċju.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ, biss jekk ma jkunux irreġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta.
Jekk l-applikant qed jirċievi Pensjoni tas-Servizz minn kwalunkwe eks impjegatur, dokument li jindika l-ammont oriġinali (l-ammont tal-ewwel pagament) ta’ din il-pensjoni.
Żgura li jkollok id-dokumenti neċessarji kollha, bħala evidenza tar-residenza, rekords tal-kontribuzzjonijiet, u identifikazzjoni.
Kif tapplika
Agħfas hawn biex tniżżel l-applikazzjoni rispettiva u għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-ftehimiet bilaterali u kif tapplika għalihom.