Workshops for Minor Siblings of Persons with Disability – Super Sibs

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Family Support Unit fi ħdan Aġenzija Sapport jorganizza workshops għall-aħwa minuri ta’ persuni b’diżabilità. Dawn il-workshops jinkludu diversi suġġetti li jappellaw għal din l-udjenza.

X’ser​ tingħata

Dawn is-sessjonijiet huma intenzjonati għal tfal li għandhom aħwa b’diżabilità, u joffrulhom spazju fejn jistgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jipparteċipaw f’attivitajiet skont l-età, bl-opportunità biex iħossuhom mifhuma u apprezzati filwaqt li jieħdu gost fi grupp sigur.

Dawn is-sessjonijiet jippermettu lit-tfal u adolexxenti biex:

  • Jiltaqgħu ma’ aħwa oħrajn ta’ persuni b’diżabilità

  • Jieħdu gost

  • Jitkellmu ma’ oħrajn li jifhmuhom dwar l-aspetti pożittivi (u xi drabi mhux daqshekk pożittivi) li jkollok aħwa b’diżabilità

  • Jiġu appoġġjati fit-tiftix tal-assistenza meta jkollhom bżonnha

 

Dawn il-gruppi huma mingħajr ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

Eliġibbiltà​​

Tfal u adolexxenti minn 7 snin sa 12-il sena li għandhom aħwa b’diżabilità.

Kif tapplika​

Għal aktar informazzjoni, inkluż dettalji dwar il-gruppi li ġejjin, jew biex tibbukkja dawn is-sessjonijiet, wieħed jista jikkuntattja lill-Family Support Unit fi ħdan Aġenzija Sapport billi jibgħat imejl fuq workshops.sapport@gov.mt jew iċempel fuq (+356) 7753 2341.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika