Aċċess għall-Impjieg (A2E) Skema 2021 – 2027 Dikjarazzjoni – Stima għall-Kumpaniji

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 10 Novembru 2026

Ħarsa ġenerali

Applikanti għall-Iskema ta’ Għajnuna ‘Access to Employment’ (A2E), amministrata minn Jobsplus, li indikaw it-tip ta’ entità tagħhom bħala Kumpanija jew Joint Venture fil-formola tal-applikazzjoni, huma meħtieġa jimlew din il-formola ta’ dikjarazzjoni biss jekk:

 

  • L-entità tkun irreġistrata mar-Reġistru tal-Kumpaniji ta’ Malta għal inqas minn tliet snin, u

  • L-ewwel rendikonti finanzjarji awditjati tal-entità għadhom ma ġewx sottomessi mar-Reġistratur tal-Kumpaniji.

     

Din id-dikjarazzjoni sservi bħala stima finanzjarja u trid timtela u tiġi ffirmata minn kontabilist ċertifikat u b’liċenzja. Din tinkludi data finanzjarja mbassra għas-sena kalendarja kollha, inkluż id-dħul, l-assi, l-ekwità u l-obbligazzjonijiet. Il-formola tibqa’ valida sal-aħħar tas-sena rispettiva u trid timtela kompletament sabiex tkun tista’ titniżżel f’format PDF.

 

Wara li titniżżel u tiġi ffirmata kif meħtieġ, id-dikjarazzjoni trid tiġi mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni. Il-kontenut tagħha se jintuża biex jiġi stabbilit id-daqs tal-Intrapriża u biex jitwettaq il-kontroll ta’ ‘Undertaking in Difficulty’, li jikkostitwixxi wieħed mill-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-iskema.

 

Il-formola tista’ tiġi aċċessata direttament minn 

https://jobsplus.jotform.com/240912986154866

X’ser​ tingħata

Il-Kumpanija se tingħata sussidju ta' €201.00 (full-time) / €101.00 (part-time) fil-ġimgħa għal kull parteċipant, għal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa, jew sussidju ta' €302.00 (full-time) / €151.00 (part-time) fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa f'każ ta’ persuna b'diżabilità.

 

Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida (A2E Guidance Notes) fuq il-Websajt tal-Jobsplus billi tagħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

L-Intrapriżi kollha li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna żvantaġġata li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant. Fil-każ ta' NGOs u Social Partners anke jekk l-entità ma jkollhiex attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant

Kif tapplika​

L-Istima għall-Kumpaniji trid tiġi mehmuża mal-Formola tal-Applikazzjoni.

 

Agħfas hawn għall-formola tal-applikazzjoni

Agħfas hawn għall-Istima għall-Kumpaniji

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika