Aċċess għall-Impjieg (A2E) Skema 2021 – 2027 Dikjarazzjoni – Stima għal Individwu Self-Employed

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 30 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Applikanti għall-Iskema ta’ Għajnuna ‘Access to Employment’ (A2E), amministrata minn Jobsplus, li ddikjaraw li huma Self-Employed fil-formola tal-applikazzjoni, huma meħtieġa jimlew din il-formola tad-dikjarazzjoni biss jekk:

 

  • Il-persuna tkun ilha topera inqas minn tliet snin, u

  • L-ewwel Dikjarazzjoni ta’ Dħul mit-Taxxa u l-kont tal-profitt u telf għadhom ma ġewx sottomessi lill-Kummissarju tat-Taxxi.

     

Din id-dikjarazzjoni sservi bħala stima finanzjarja u għandha tiġi mimlija b’figuri stmati li jkopru s-sena kalendarja kollha (Jannar sa Diċembru). Il-formola trid tkun mimlija kompletament sabiex tkun tista’ titniżżel f’format PDF.

 

Wara li titniżżel, id-dikjarazzjoni għandha tiġi iffirmata u mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni.

 

Il-kontenut tagħha se jintuża biex jiġi stabbilit id-daqs tal-Intrapriża u biex titwettaq il-verifika tal-‘Undertaking in Difficulty’, li jikkostitwixxi wieħed mill-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-iskema

 

Il-formola tista’ tiġi aċċessata direttament minn hawn: https://jobsplus.jotform.com/240912582301852

X’ser​ tingħata

Il-Kumpanija se tingħata sussidju ta' €201.00 (full-time) / €101.00 (part-time) fil-ġimgħa għal kull parteċipant, għal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa, jew sussidju ta' €302.00 (full-time) / €151.00 (part-time) fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa f'każ ta’ persuna b'diżabilità.

 

Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida (A2E Guidance Notes) fuq il-Websajt tal-Jobsplus billi tagħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

L-Intrapriżi kollha li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna żvantaġġata li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant. Fil-każ ta' NGOs u Social Partners anke jekk l-entità ma jkollhiex attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant

Kif tapplika​

L-Istima għal Individwu Self-Employed trid tiġi mehmuża mal-Formola tal-Applikazzjoni.

 

Agħfas hawn għall-formola tal-applikazzjoni

Agħfas hawn għall-Istima għal Individwu Self-Employed

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

4 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

31 jum

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika