Ħarsa ġenerali
L-Iskema MySkills tappoġġja t-titjib u l-iżvilupp mill-ġdid tal-ħiliet ta’ individwi ta’ età tax-xogħol u lil hinn minnha. Il-parteċipanti (bl-eċċezzjoni ta’ persuni self-employed) jistgħu jsegwu kwalunkwe programm ta’ taħriġ elenkat fil-Katalgu tal-Korsijiet MySkills u, wara li jlestu b’suċċess it-taħriġ, jistgħu jirċievu lura sa €5,000 mill-ispejjeż tat-taħriġ għal kull applikazzjoni.
L-Iskema hija kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) taħt il-Proġett Training for Employment (ESF+.01.195), u hija suġġetta għar-Regolament de minimis (UE 2023/2831) fejn japplika.
X’ser tingħata
Grazzi għas-sapport finanzjarju ta’ din l-iskema, individwi se jakkwistaw ħiliet ġodda jew itejbu l-ħiliet li diġà għandhom.
Eliġibbiltà
- L-iskema hija miftuħa għal kull min hu impjegat (minbarra dawk li jaħdmu għal rashom), dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, u għal individwi li bħalissa mhumiex qed jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.
- L-applikanti jridu jkollhom 15-il sena jew aktar u jkunu residenti legalment f'Malta.
- Individwi li jaħdmu u li għandhom 65 sena jew aktar huma eliġibbli, jekk jibqgħu impjegati matul il-perjodu ta' taħriġ.
- Il-kors magħżul irid ikun inkluż fil-Katalgu tal-Korsijiet tal-Iskema.
- Il-kors irid ikun volontarju u mhux obbligatorju bil-liġi jew bħala wieħed mir-rekwiżiti għall-impjieg.
- L-ispiża tal-kors trid tkun ta' mill-inqas €100 (eskluża l-VAT) u mħallsa kompletament mill-applikant.
- L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi sal-aħħar sessjoni tat-teorija/ taħriġ fil-klassi.
Kif tapplika
- Ivverifika li l-Kors ta' Taħriġ magħżul huwa parti mill-Katalgu tal-Korsijiet tal-Iskema.
- Ipprepara kopja tal-iskeda tal-kors u riċevuta li turi ħlas parzjali jew komplut.
- Applika online billi timla l-Applikazzjoni għall-Individwi
- Ipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tella' d-dokumentazzjoni meħtieġa meta tintalab.
- Importanti: L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sal-aħħar sessjoni tat-teorija/ taħriġ fil-klassi.
Dokumenti Mehtiega:
- Karta tal-Identità jew Permess ta' Residenza Validu (għal ċittadini mhux Maltin biss)
- School Leaving Certificate (jekk għandek 15-16-il sena)
- Skeda tal-Kors (li tindika d-dati kollha tas-sessjonijiet)
- Irċevuta/i Uffiċjali li tikkonferma l-ħlas ħlas parzjali jew komplut tal-kors