Ħarsa ġenerali
Il-programm PEKTUR huwa miftuħ għal persuni b’diżabilità rreġistrati mas-CRPD li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fl-edukazzjoni tul il-ħajja, liema studji jistgħu jitwettqu fuq bażi full-time jew part-time. L-istudji ser ikunu waħda mill-għodod li se jwasslu għal tkabbir individwali u personali u għall-espansjoni tal-opportunitajiet fil-ħajja.
Għalhekk, il-programm PEKTUR jipprovdi opportunità għall-persuni b’diżabilità biex ifittxu mezzi ta’ awtonomizzazzjoni permezz ta’ edukazzjoni ulterjuri. L-applikazzjonijiet minn persuni mingħajr diżabilità jistgħu jiġu kkunsidrati sakemm dawn iwettqu speċifikament riċerka fil-qasam tal-istudji dwar id-diżabilità. Il-politika tal-Bord PEKTUR għandha dejjem tagħti prijorità lill-applikazzjonijiet li jaslu minn persuni b’diżabilità.
X’ser tingħata
F’konformità mal-prinċipji tal-edukazzjoni tul il-ħajja, l-objettiv ta’ dan il-programm huwa li jagħti s-setgħa u jipprovdi assistenza finanzjarja lill-individwi li qed ikomplu l-istudji tagħhom. Tingħata preferenza lil dawk l-individwi li ser ikomplu r-riċerka tagħhom fl-oqsma ta’ prijorità li huma proposti mis-CRPD.
L-istudji jistgħu jkunu seminars ta’ żvilupp professjonali, korsijiet żgħar u proġetti ta’ taħriġ speċjali b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra. Għażliet oħra simili huma kkunsidrati. Dawn l-għotjiet jingħataw skont id-disponibbiltà ta’ fondi u l-benefiċjarji huma mistennija jikkontribwixxu għall-PEKTUR u għas-settur tad-diżabilità f’Malta skont l-għotja mogħtija.
Eliġibbiltà
Il-programm PEKTUR huwa miftuħ għal persuni b’diżabilità rreġistrati mas-CRPD li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fl-edukazzjoni tul il-ħajja, liema studji jistgħu jitwettqu fuq bażi full-time jew part-time.
L-applikazzjonijiet minn persuni mingħajr diżabilità jistgħu jiġu kkunsidrati sakemm dawn iwettqu speċifikament riċerka fil-qasam tal-istudji dwar id-diżabilità. Il-politika tal-Bord PEKTUR għandha dejjem tagħti prijorità lill-applikazzjonijiet li jaslu minn persuni b’diżabilità.
Kandidati eligibli jistghu jibbenefikaw sa 5,000 ewro ghal kull sejha sakemm ma l-individi ma jigux avzati mod iehor.
Kif tapplika
• Agħfas il-buttuna “Applika” hawn taħt.