Ħarsa ġenerali
Kull indivdiwu jew organizzazzjoni tista' tirraporta kull żoni tal-għawm billi tasal wasla sal-uffiċini tal- Awtorita' jew inkella permezz ta' email. Dan ir-rapport għandu jinkludi ż-żona tal-qtugħ tal-linja tal-għawm, bastimenti rmiġġjati fiż-żona tal-għawm jew inkella ħsarat oħra fiż-żona tal-għawm.
X’ser tingħata
Suġġett għal informazzjoni provduta minn kull individwu jew organizzazzjoni, l-Awtorita' tinforma l-kuntrattur li jsewwi l-ħsarat fiż-żona tal-għawm.
Eliġibbiltà
Din tapplika għal
- Kull resident Malti
- Organizzazzjonijiet Volontarji
- Kull persuna barranija residenti ġewwa Malta
Informazzjoni meħtieġa;
- Lokalita'/Bajja
- Ritratti
- Dettalji tal-Kuntatt
Kif tapplika
Żur id-Dipartiment tal-Irmiġġ
Malta Transport Centre
Triq Pantar
Lija
LJA 2021
Malta
jew inkella ibagħat email fuq- moorings.tm@transport.gov.mt