Applikazzjoni ta' Żona restritta

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

Kull individwu jew organizzazzjoni jista'japplika  għal żona restritta billi jżur l-Awtorita' jew inkella permess ta' email. Skont l-inħawi mitluba u jekk approvata, din tkun inkuluża b'avviż lil baħħara u maħruġa b' permess li jkun jinkludi sett ta' termini u kundizzjonijiet, fosthom li tkun miftuħa għal pubbliku kollu. 

X’ser​ tingħata

Suġġett għal approvazzjoni, permess għandu jinħareġ billi jindika ż-żmien, t-termini u l-kundizzjonijiet. 

Eliġibbiltà​​

Din tapplika għal;
- Kull resident Malti
- Organizzazzjonijiet Volontarji
- Kull persuna barranijia residenti ġewwa Malta

Kif tapplika​

Agħsal wasla sad-Dipartiment tal-Irmiġġ 

Malta Transport Centre
Triq Pantar 
Lija
LJA 2021 
Malta

jew inkella ibagħat email fuq; moorings.tm@transport.gov.mt 

Informazzjoni meħtieġa;
- Applikazzjoni għal żona restritt 
- Tpinġija taż-żona tal-għawm mitlub li trid tinkudi l-koordinati