Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jippermetti lil individwi li japplikaw ghal ċavetta biex topera s-service pillars pprovduti mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura.
X’ser tingħata
Ċavetta biex topera s-Service Pillars.
Eliġibbiltà
Sidien ta dgħajjes, bejjiegħa tat-triq, sidien ta’ negozji u kunsilli lokali, kollha jistghu japplikaw ghaċ-ċavetta.
Kif tapplika
Imla l-applikazzjoni online u wara li tigi approvata, tirċievi notifika biex tħallas u wara tiġbor ic-ċavetta.
Dokumenti Meħtieġa:
Kopja tal-karta tal-identità tas-sid, jekk se tapplika f’isem is-sid;
Ġurnal tas-Sajd jekk se tapplika f’isem bastiment tas-sajd;
Ċertifikat ta Transport Malta jekk se tapplika f’isem bastiment irreġistrat S jew VLT.
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta Applikazzjoni
5 ijiem
Ħlas
30 jum
Provvista tas-Servizz
5 ijiem