Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz huwa għal min għandu bżonn japplika għal Compliance Certificate, minħabba s-servizz tad-dawl u l-ilma, u għandu bżonn il-clearance mingħand is-CRPD qabel ma jagħmel applikazzjoni lill-Planning Authority.
X’ser tingħata
Dan is-servizz huwa għal min qed japplika għas-servizz tad-dawl u l-ilma u għandu bżonn il-clearance mingħand is-CRPD qabel ma jagħmel applikazzjoni lill-Planning Authority.
Eliġibbiltà
Kull persuna li ser ikun qed jagħti servizz lil pubbliku jew dawk li ser ikunu qed jibdew negozju jew dawk li ser ikunu qed jidħlu jgħixu f’appartment mibni għall-aċċessibiltà.
Kif tapplika
Agħfas il-buttuna “Applika” hawn taħt. · Imla l-formola bid-dettalji tiegħek. · Iċċekkja li mlejt id-dettalji kollha. · Agħfas “Issottometti”. · Se tirċievi email bil-konferma tas-sottomissjoni tiegħek.
Biex tapplika għas-servizz teħtieġ:
Full development permit
Pjanti approvati u ttimbrati mil-Planning Authority
Ritratti tax-xogħlijiet kompluti li jinkludu l-entratura, il-faċilitajiet sanitarji, u l-lift
CMP mill-Awtorità tal-Ippjanar
Ittra ffirmata dwar liema partijiet ikun qed japplika:
Compliance Cerificate għal bini kollu:
Full Development Permit ta’ żvilupp.
Indika kwalunkwe permess preċedenti u kundizzjonijiet relatati mas-CRPD (kwalunkwe applikazzjonijiet preċedenti vvjettjati mill-KNPD/CRPD).
Pjanti approvati.
Ritratti tax-xogħlijiet kompluti.
Compliance Certificate għal parti mill-bini
- Full Development Permit ta’ żvilupp.
- Indika kwalunkwe permess preċedenti u kundizzjonijiet relatati mas-CRPD (kwalunkwe applikazzjonijiet preċedenti vvettjati mill-KNPD/CRPD).
- Ritratti tax-xogħlijiet kompluti.
- Pjanti approvati.
- Immarka bl-aħmar l-oqsma li qed tapplika fuq il-pjanti.
Compliance Certificate għal blokka ta’ appartamenti li ma ġietx ivvettjata mis-CRPD (peress li kellha inqas minn 30 unit), madankollu kien hemm żona kummerċjali li ġiet ivvettjata mis-CRPD.
- Jekk fl-Access Audit tas-CRPD ġie indikat li s-CRPD ivvettjat biss iż-żona kummerċjali, jekk jogħġbok niżżel l-Access Audit minn E-APPS, peress li għandu jinkludi n-numru tad-dokument minn E-APPS, u ikteb ittra li tirreferi għar-rapport tas-CRPD fejn jinnota li s-CRPD ivvettjat biss il-parti kummerċjali.
- Jekk m’hemmx indikat fl-Access Audit li l-KNPD/CRPD ivvettjat il-bini kummerċjali biss, trid tibgħat:
- Full Development Permit ta’ żvilupp.
- Indika kwalunkwe permess preċedenti u kundizzjonijiet relatati mas-CRPD (kwalunkwe applikazzjonijiet preċedenti vvettjati mill-KNPD/CRPD).
- Ritratti tax-xogħlijiet kompluti.
- Pjanti approvati.
- Immarka bl-aħmar l-oqsma li qed tapplika fuq il-pjanti.
Meta tapplika għal ċertifikat ta’ konformità għall-appartamenti u l-ispazji komuni:
- Kull appartament għandu jkun identifikat b’mod ċar b’numru tal-bieb.
- L-ispazji komuni għandhom ikunu indikati b’mod ċar (eż. blokka 1, 2, eċċ.) u mmarka bl-aħmar l-oqsma li qed tapplika għal ċertifikat tal-Compliance għalihom.