Formola ta’ applikazzjoni għall-iskema tal-GrowthLab

Aġġornat l-Aħħar: It-Tnejn 10 Awwissu 2026

Ħarsa ġenerali

L-iskema GrowthLab hija inizjattiva tal-Awtorita’ Maltija għall-Innovazzjoni diġitali (MDIA, parti mill-proġett DiHubMT, li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali, l-innovazzjoni, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fost l-intrapriżi.

 

L-iskema hija mmirata lejn kumpaniji, sħubijiet, u persuni li jaħdmu għal rashom li jfittxu gwida esperta biex isaħħu l-kapaċitajiet kummerċjali tagħhom u jespandu l-operazzjonijiet tagħhom.

X’ser​ tingħata

Il-benefiċjarji tal-iskema jistgħu jirċievu sa 20 siegħa ta’ appoġġ ta’ konsulenza billi jagħżlu wieħed jew tnejn mill-oqsma ta’ servizzi li ġejjin:

 

  • Konsulenza legali

  • Konsulenza ekonomika

  • Konsulenza dwar it-tmexxija

  • Konsulenza dwar il-marketing

 

Kull fluss ta’ konsulenza magħżul jipprovdi 10 sigħat ta’ appoġġ konsultattiv imfassal skont il-ħtiġijiet tan-negozju tal-applikant. Is-servizzi ta’ konsulenza huma ta’ natura konsultattiva u ma jinkludux servizzi ta’ implimentazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Min jista’ japplika?
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn rappreżentanti awtorizzati ta ’:

  • Kumpaniji b ’responsabbiltajiet limitati

  • Sħubijiet

  • Persuni li jaħdmu għal rashom

 

L-applikanti jridu juru li l-impriża tagħhom hija innovattiva u/jew immexxija mit-teknoloġija u jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet tan-negozju u r-rekwiżiti ta’ konsulenza tagħhom.

 

Dokumenti ta’ sostenn

Id-dokumenti li ġejjin għandhom jittellgħu:

  • Formola ta’ Dikjarazzjoni de minimis

  • Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ kumpanija/Sħubija jew Jobsplus Employment History (għal persuni li jaħdmu għal rashom)

  • Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-VAT jew konferma tar-Reġistru tan-negozju tal-NSO li turi l-klassifikazzjoni NACE tal-impriża

Kif tapplika​

  1. Illoggja billi tuża l-eID jew l-eIDAS.

  2. Imla l-formola tal-applikazzjoni.

  3. Iddeskrivi l-attivitajiet tan-negozju u l-fokus tal-innovazzjoni tiegħek.

  4. Agħżel sa żewġ oqsma ta’ servizzi ta’ konsulenza u spjega l-ħtiġijiet ta' konsulenza tiegħek.

  5. Tella’ d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

  6. Issottometti l-applikazzjoni u rċievi email ta’ konferma b’ numru ta’ referenza.

  7. L-MDIA se tirrevedi l-applikazzjoni u tinnotifika lill-applikanti bir-riżultat. Tista’ tintalab informazzjoni addizzjonali matul il-proċess ta’ rieżami.

Kronoloġija

Sottomissjoni tal-applikaztzjoni

L-ivvetjar tal-applikazzjoni

15 - il jum

Eżitu tal-applikazzjoni

15 - il jum