Ħarsa ġenerali
L-Iskema għall-Innovazzjoni Ambjentali u t-Tisħiħ Ambjentali tappoġġja inizjattivi li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali, l-azzjoni klimatika, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u t-titjib tal-prattiki ambjentali f'Għawdex. L-iskema tinkoraġġixxi inizjattivi prattiċi u mhux kummerċjali li jwasslu għal benefiċċji ambjentali konkreti għall-gżira u l-komunità tagħha.
L-iskema għandha l-għan li:
• Tappoġġja proġetti li jipprovdu benefiċċji ambjentali konkreti f'Għawdex.
• Tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-komunità fil-protezzjoni ambjentali u f'imġiba sostenibbli.
• Tkabbar l-għarfien dwar ir-responsabbiltà ambjentali u l-azzjoni klimatika.
• Tappoġġja l-konservazzjoni tal-bijodiversità u inizjattivi ta' tisħiħ ambjentali.
• Tinkoraġġixxi soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-kwalità ambjentali u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.
L-iskema hija maqsuma f'żewġ oqsma:
Qasam 1: Inizjattivi ta' Tisħiħ Ambjentali u Sostenibbiltà li jappoġġjaw interventi prattiċi bħal proġetti ta' tisbiħ ambjentali, protezzjoni tal-bijodiversità, effiċjenza fir-riżorsi, restawr ambjentali u inizjattivi ta' azzjoni klimatika.
Qasam 2: Inizjattivi ta' Għarfien Ambjentali li jappoġġjaw attivitajiet edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni li jippromwovu mġieba responsabbli lejn l-ambjent u s-sostenibbiltà.
X’ser tingħata
L-applikanti li jintgħażlu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikopru spejjeż eliġibbli relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva approvata. L-għotjiet jingħataw fuq bażi kompetittiva u skont il-fondi disponibbli.
Finanzjament Disponibbli
• Għotjiet Żgħar: Sa €5,000
• Għotjiet Standard: Minn €5,001 sa €10,000
Għotja
L-għajnuna finanzjarja tista' tkopri bejn 60% u 80% tal-ispejjeż eliġibbli, skont il-punteġġ miksub mill-applikazzjoni waqt l-evalwazzjoni.
Spejjeż Eliġibbli Jistgħu Jinkludu:
• Spejjeż ta' koordinazzjoni u ġestjoni tal-inizjattiva.
• Kiri ta' postijiet u faċilitajiet.
• Materjal, pjanti, għodod u tagħmir fuq skala żgħira.
• Servizzi professjonali u tekniċi.
• Materjal edukattiv u attivitajiet ta’ involviment tal-komunità.
• Attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni relatati mal-proġett.
Eliġibbiltà
Jistgħu japplikaw:
• Individwi.
• Organizzazzjonijiet volontarji u NGOs.
• Impriżi reġistrati lokalment.
• Istituzzjonijiet edukattivi privati jew tal-Knisja.
• Istituzzjonijiet reliġjużi.
• Kunsilli Lokali.
Biex tkun eliġibbli, l-inizjattiva trid:
• Tiġi implimentata f'Għawdex.
• Tipprovdi benefiċċju ambjentali ċar u li jista' jitkejjel għal Għawdex u r-residenti tiegħu.
• Taqa' taħt wieħed mill-oqsma eliġibbli tal-iskema.
• Tibda biss wara l-approvazzjoni uffiċjali tal-finanzjament.
Mhumiex eliġibbli:
• Ministeri, dipartimenti, aġenziji u entitajiet tal-Gvern.
• Skejjel statali u istituzzjonijiet edukattivi statali.
Kif tapplika
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċessati fuq https://ghawdex.gov.mt/servizzi/ jew permezz tal-applikazzjoni MyGozo u għandhom jiġu sottomessi online.
Kronoloġija
Sottomissjoni
Valutazzjoni u Reviżjoni
22 jum
Reviżjoni tal-Eliġibbiltà
10 ijiem
Approvazzjoni
10 ijiem