Applikazzjonijiet għall-Parteċipazzjoni – Sessjonijiet ta’ Attività Fiżika u Aqua Gym għal Persuni ta’ ’l Fuq minn 60 Sena

Aġġornat l-Aħħar: It-Tnejn 26 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

B’aktar inizjattivi fil-GISAP - Gozo Indoor Sports & Aquatic Pavilion, din l-iskema tiżgura li l-anzjani wkoll igawdu minn dan l-investiment sportiv f’Għawdex. L-anzjani Għawdxin se jkollhom aktar opportunitajiet biex jibqgħu attivi, jgħixu stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu u jkomplu jkunu parti attiva mill-komunità, permezz ta’ sessjonijiet ta’ attività fiżika u programmi sportivi mfassla apposta għalihom.

X’ser​ tingħata

Aċċess għal sessjonijiet ta’ attività fiżika u programmi sportivi mfassla apposta għall-anzjani fiċ-Ċentru tal-GISAP.

Eliġibbiltà​​

Eliġibbiltà

 

  • Anzjani / Residenti Għawdxin.

  • L-applikanti jrid ikollhom eID validu / Karta tal-Identità Maltija (għall-applikazzjoni online) jew dokument ta' identifikazzjoni validu (għall-applikazzjoni fil-Hub).

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u sottomessa permezz ta' “servizz.gov.mt” jew mill-Hub ta' servizz.gov.

  • Reġistrazzjoni miftuħa / Skond il-kalendarju tas-sessjonijiet fil-Padiljun jew fiċ-Ċentri tal- Anzjanita' Attiva.

 

Telefon: 22156620

Imejl: elderly.mfg@gov.mt 

Kif tapplika​

Dawk interessati jistgħu japplikaw permezz tal-eID fuq “servizz.gov.mt” jew mill-Hub ta’ servizz.gov fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Valutazzjoni u Reviżjoni

2 ijiem

Reviżjoni tal-Eliġibbiltà

2 ijiem

Approvazzjoni

Ġurnata

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika