Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz huwa għal sidien ta' annimali domestiċi żgħar, esklużi annimali perikolużi jew dawk strey, li jeħtieġu gwida veterinarja urġenti jew kura ta' emerġenza barra l-ħinijiet normali tal-ftuħ veterinarju. Ċempel 153, estensjoni 22, li hija disponibbli 24/7, għal triage preliminari bbażat fuq l-urġenza; operaturi mħarrġa jevalwaw il-każ u jew jagħtu pariri jew, fejn applikabbli, jirreferu lilek għal klinika veterinarja ta' emerġenza parteċipanti, inkluż il-klinika ta' emerġenza Fgura, li taħdem minn 8.00 pm sa 8.00 am mit-Tnejn sal-Sibt u għal 24 siegħa nhar il-Ħadd u festi pubbliċi.
X’ser tingħata
Permezz ta’ dan is-servizz, inti tingħata gwida dwar jekk l-annimal tiegħek jeħtieġx attenzjoni veterinarja immedjata jew jekk jistax jistenna sakemm jiftaħ il-veterinarju regolari. Każijiet eliġibbli jistgħu jingħataw rimborż tal-miżata tal-konsultazzjoni ta’ emerġenza wara verifika. It-trattament u spejjeż addizzjonali oħra mhumiex koperti mill-iskema.
Eliġibbiltà
Tista’ tuża s-servizz jekk annimal domestiku żgħir jeħtieġ kura urġenti ta’ emerġenza matul il-ħinijiet eliġibbli barra l-ħinijiet normali.
Il-każ irid ikun emerġenza ġenwina jew jinvolvi sintomi li jistgħu raġonevolment jitqiesu bħala emerġenza.
Il-klieb iridu jkunu identifikati b’mikroċippa u rreġistrati fejn dan huwa meħtieġ bil-liġi.
L-annimal irid jiġi kkurat fi klinika parteċipanti rreġistrata.
Annimali perikolużi, annimali mitlufa, annimali tar-razzett, kura ta’ rutina, kundizzjonijiet ħfief jew kroniċi mingħajr kompromess sistemiku, riferimenti ppjanati minn qabel u ewtanasja ta’ rutina mhumiex eliġibbli għar-rimborż.
Dokumenti meħtieġa:
Għall-ewwel kuntatt bit-telefon ma huma meħtieġa ebda dokumenti.
Għall-ipproċessar tal-każ u rimborż possibbli, il-klinika parteċipanti tissottometti:
Numru ta’ referenza CRM, fejn disponibbli
Dettalji tal-annimal u tal-preżentatur/sid, inkluż indirizz elettroniku korrett
Dettalji tal-mikroċippa fejn applikabbli
Storja tal-każ jew deskrizzjoni tal-emerġenza
Fattura dettaljata li turi l-miżata tal-konsultazzjoni separatament
Ritratt tal-annimal
Kif tapplika
1. Ċempel 153 u agħżel l-estensjoni 22.
2. Wieġeb il-mistoqsijiet qosra tal-operatur. F’sitwazzjoni ċara ta’ periklu għall-ħajja, mur minnufih fi klinika ta’ emerġenza u erġa’ ċempel bid-dettalji sabiex jinħareġ numru ta’ referenza CRM.
3. Jekk tiġi riferut, mur fil-klinika veterinarja ta’ emerġenza parteċipanti u agħti n-numru ta’ referenza CRM.
4. Il-veterinarju li jara l-każ jirreġistra u jissottometti l-informazzjoni meħtieġa fis-sistema elettronika.
5. Id-Direttorat tas-Servizzi Veterinarji jivverifika l-eliġibbiltà. Jekk il-każ jiġi approvat, tirċievi email biex tipprovdi d-dettalji tal-IBAN għar-rimborż.