Xiri ta’ Kard ta’ Aċċess tal-GISAP

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 05 Novembru 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP tagħti lill-individwi aċċess għall-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) u hija meħtieġa għall-individwi li jużaw il-faċilitajiet tal-GISAP. Il-Kard ta’ Aċċess tista’ tinxtara online mis-sit elettroniku tal-GISAP. Il-Kard ta’ Aċċess tiswa €10 u hija valida għal sena.
 

Id-detenturi tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità (EDC) jistgħu jibbenefikaw minn Kard ta’ Aċċess mingħajr ħlas. Id-detenturi tal-EDC jistgħu jibagħtu kopja skennjata tal-EDC tagħhom lil gisap.mfg@gov.mt sabiex jirċievu l-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP mingħajr ħlas.

X’ser​ tingħata

Wara li jsir il-ħlas b’suċċess, l-applikant jirċievi Kard ta’ Aċċess virtwali tal-GISAP permezz tal-email f’format PDF. Tista’ taċċessa l-Kard ta’ Aċċess minn gos-sit elettroniku tal-GISAP ukoll.

 

Il-karta tal-aċċess għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
 

  • L-ID tal-Kard ta’ Aċċess;

  • Kodiċi QR;

  • Data tal-bidu u data tat-tmiem;

  • Isem u kunjom id-detentur tal-kard;

  • Ritratt tad-detentur tal-kard, fejn applikabbli.

 

Il-kodiċi QR tal-Kard ta’ Aċċess għandu jintuża meta jiġi rreġistrat d-dħul u l-ħruġ mill-GISAP.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti jkunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
 

  • Isem u kunjom;

  • Numru tal-Karta tal-Identità jew tal-passaport;

  • Numru tal-mowbajl;

  • Età;

  • Numru tal-mowbajl tal-eqreb qarib;

  • Ritratt daqs ta’ passaport għal persuni ta’ 16-il sena jew aktar;

  • Mhuwiex meħtieġ ritratt għal minorenni taħt is-16-il sena.

 

Id-detenturi tal-EDC li japplikaw għal Kard ta’ Aċċess mingħajr ħlas għandhom jibagħtu kopja skennjata tal-EDC tagħhom lil gisap.mfg@gov.mt.

Kif tapplika​

Istruzzjonijiet:

 

  1. Żur is-sit elettroniku tal-GISAP u idħol permezz tal-e-ID jew ta’ kont soċjali.

  2. Mur fuq Access Card u agħżel Get Access Card.

  3. Iċċekkja d-dettalji personali u ta’ kuntatt u imla l-informazzjoni meħtieġa għall-Kard ta’ Aċċess.

  4. Importanti li tagħti d-dettalji korretti ta’ min ser tkun il-Kard ta’ Aċċess.

  5. Żid il-Kard ta’ Aċċess mal-basket tax-xiri u kompli għall-checkout.

  6. Tella’ ritratt daqs ta’ passaport, fejn meħtieġ.

  7. Kompli bil-ħlas online.

  8. Wara li jsir il-ħlas b’suċċess, il-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP tintbagħat permezz tal-email.

 

Detenturi tal-EDC: Ibgħat kopja skennjata tal-EDC lil gisap.mfg@gov.mt sabiex tirċievi l-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP mingħajr ħlas.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Approvazzjoni ta' Applikazzjoni

Ġurnata

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika