Ħarsa ġenerali
L-Att dwar l-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (Kapitolu 644 tal-Liġijiet ta’ Malta) daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2024 u stabbilixxa l-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) bħala l-awtorità responsabbli biex tirregola l-intermedjarji tas-suq tal-proprjetà f’Malta. L-Aġenzija ħadet post l-istruttura tal-liċenzjar preċedenti amministrata skont l-Att dwar l-Aġenti tal-Proprjetà, is-Sensara tal-Proprjetà u l-Konsulenti tal-proprjetà u issa tissorvelja l-liċenzjar, il-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-aġenti tal-proprjetà immobbli, is-sensara tal-proprjetà, il-maniġers tal-fergħat u l-konsulenti tal-proprjetà li joperaw fis-suq tal-proprjetà Malti.
X’ser tingħata
Liċenzja sabiex taġixxi bħala sensar tal-proprjetà, aġent tal-proprjetà immobbli, konsulent tal-propjeta, jew maniġer ta’ fergħa
Eliġibbiltà
Għal informazzjoni dwar l-eliġibilità jekk jogħġbok ikklikkja hawn
Kif tapplika
Applikazzjoni EA1 - Applikazzjoni għal-liċenzja ta’ sensar tal-proprjetà, aġent tal-proprjetà immobbli, konsulent tal-propjeta, jew maniġer ta’ fergħa għal dawk eliġibli u għal dawk li mhumiex eliġibli għal liċenzja fl-immedjat imma għandhom l-interess li japplikaw għal liċenzja.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
30 jum
Provvista tas-Servizz
Ġurnata