Ħarsa ġenerali
Din il-formola għandha timtela jekk hemm l-intenzjoni li jintuża stabbiliment speċifiku biex twettaq studju jew riċerka li tinvolvi annimali ħajjin.
X’ser tingħata
L-Awtorizzazzjoni mid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja u mill-Ministru biex jitwettqu studji xjentifiċi li jinvolvu annimali ħajjin fl-istabbilimenti.
Eliġibbiltà
Kull persuna legali li li tippossjedi stabbiliment u li beħsiebha twettaq riċerka li tinvolvi annimali ħajjin
Kif tapplika
Imla l-formola u ibgħat id-dokumenti kollha meħtieġa (dettalji jinsabu fil-formola)
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Iċċekkjar ta' Applikazzjoni
15 - il jum
Approvazzjoni ta' Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
5 ijiem