Ħarsa ġenerali
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-iSport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru Għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, qiegħed joffri għajnuna supplimentari lill-istudenti, bl-iskop li titjieb l-esperjenza edukattiva tagħhom fl-iskola.
X’ser tingħata
Kull student eliġibbli jista’ jiġi kkunsidrat biex jibbenefika minn waħda sa tliet għajnuniet soċjali, dejjem skont il-bżonn tal-individwu.
Dawn l-għajnuniet huma:
1) vawċer għall-uniformi, u/jew
2) pakkett bażiku ta’ stationery (ara mistoqsija numru 8) u/jew
3) għażla t’attività ekstrakurrikulari.
Eliġibbiltà
Ġenituri li jirċievu ittra ta’ eliġibbiltà bi struzzjonijiet dwar kif japplikaw mibgħuta mid-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali jew AWAS.
Kif tapplika
Billi timla’ l-formola. Jekk jogħġbok Ikklikkja hawn.
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Applikazzjoni kompluta
Ġurnata