Ħarsa ġenerali
Dan huwa appell ippreżentat skont l-Artikolu 39 jew l-Artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354 tal-Liġijiet ta’ Malta). Dan l-appell għandu jkun indirizzat lill-Uffiċjal Reviżur u għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn wieħed u għoxrin jum (21) wara l-pubblikazzjoni tar-Reġistru Elettorali. Dan l-appell ippreżentat online jitqies għall-finjiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Iżda meta l-appell jiġi ppreżentat online barra mill-ħinijiet tal- ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.
X’ser tingħata
Dan l-appell huwa intiż sabiex:
Persuna tiġi inkluża fir-Reġistru Elettorali
Issir korrezzjoni ta’ xi partikolaritajiet tal-persuna fir-Reġistru Elettorali
Persuna tiġi maqtugħa mir-Reġistru Elettorali
Eliġibbiltà
Din l-eForm tista’ tintuża minn Professjonisti Legali jew Ċittadini
Kif tapplika
Imla din il-formola online. L-ebda ħlas mhu meħtieġ biex tiġi sottomessa din l-formola.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata