Ħarsa ġenerali
L-għan tas-servizz Respite fid-Dar hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Is-servizz Respite fid-Dar jipprovdi kumpanija, soċjalizzazzjoni u/jew kura personali fir-residenza tal-anzjan. Il-kura personali tinkludi fost l-oħrajn għajnuna biex l-anzjan jinħasel, jilbes, jiekol u bżonnijiet oħra personali.
X’ser tingħata
Dan is-servizz joffri care worker ikkwalifikat biex jassisti lill-anzjan fid-dar tiegħu waqt li jagħti ftit ħin ta’ mistrieħ lill-persuna li tkun qed iddur bih (informal caregiver).
- Ġimgħa (Tnejn – Ħadd) għal 24 siegħa. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara waqfien ta’ sitt ġimgħat, sa tliet darbiet fis-sena; jew
- Ġimgħa (Tnejn – Ħadd) 8am sa 5pm. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara waqfien ta’ sitt ġimgħat, sa tmien darbiet fis-sena; jew
- Jumejn fissi fil-ġimgħa għal seba’ ġimghat. Il-ġranet tal-ġimgħa jridu jintgħażlu mill-klijent/qarib u l-provvista tas-servizz ikun iffissat għal 7 ġimgħat. Dan pakkett jista’ jerġa jintuża wara xagħrejn, waqfien, sa erba’ darbiet fis-sena; jew
- Jumejn fil-ġimgħa (4.5 siegħat fil-ġurnata) - Dan il-pakkett jista’ jintuża għal sena sħiħa; jew
- Ġurnata fil-ġimgħa (9.5 siegħat fil-ġurnata) - Dan il-pakkett jista’ jintuża għal sena sħiħa; jew
- Servizz wieħed ta’ darba (matul il-jum jew lejl) – Dan il-pakkett jista’ jintuża sa tliet darbiet fis sena.
Eliġibbiltà
Kriterji ġenerali ta’ eliġibilità:
- Anzjan li għandu `l fuq minn 60 sena, li hu dipendenti, u jgħix f’residenza privata.
- Ibati bid-dimensja u/jew għandu problemi severi fl-imġieba u hemm tendenza li jkun konfuż jekk ikun hemm bidla fl-ambjent familjari.
- Għandu diffikultà biex jiġi trasportat minn post għall-ieħor u/jew ikun hemm diffikultà biex iħalli d-dar tiegħu.
- Għandu bżonn kura speċjali li ma tistax tiġi pprovduta f’respite residenzjali.
- Għandu xi problemi fis-sistema immunitarja jew jeħtieġ kura ta’ iżolazzjoni.
Kull applikant huwa assessjat mill-CommCare li għandha d-dritt li tirrifjuta referenzi mhux propizji. Il- CommCare hija responsabbli wkoll mill-kwalità u l-frekwenza tas-servizz.
Dokumentazzjoni meħtieġa
- Applikazzjoni mimlija nkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja.
Kif tapplika
Tista' tapplika online billi tikklikkja fuq il-buttuna Applika hawn taħt.
Tista’ ukoll tapplika billi tniżżel l-Applikazzjoni u tibgħatha bil-posta lil:
Active Ageing and Community Care,
Ċentru Servizz Anzjan,
Triq Zekka,
Valletta, VLT 1510
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Ipproċessar tal-Applikazzjoni
10 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata