Ħarsa ġenerali
X’ser tingħata
Meta każ jiġi riferut, dan jiġi eżaminat minn professjonisti li jiddistingwu bejn każijiet sempliċi ta’ żjarat li jsiru fid-djar u dawk il-każijiet aktar komplessi li jeħtieġu aktar impenn intens mit-tim.
Klijenti li jkollhom ħtiġijiet aktar komplessi rigward is-saħħa jkollhom żjara fid-dar u jsir assessjar bir-reqqa. Ladarba il-ħtiġijiet tagħhom jiġu identifikati, pjan ta’ kura jiġi mfassal bil-kollaborazzjoni tal-klijenti, familji tagħhom u mal- persuni li jaħdmu b’mod volontarju mal-klijenti.
Persuna li tirċievi kura mill-CommCare tiġi eżaminata skont il-bżonn. CommCare għandhom l-awtorità li ma jaċċettawx referenzi mhux addattati u hija responsabbli li tiddeċiedi fuq l-għoti tas-servizz u l-frekwenza tat-trattament.
Eliġibbiltà
- Klijenti li ma jistgħux joħorġu barra minn djarhom mingħajr assistenza; jew
- Klijenti li jkunu rilaxxati mill-isptar minħabba kura akuta u li għandhom bżonn kura għal żmien qasir jew għal żmien twil; u li ma jistgħux jattendu ċentri tas-saħħa jew kliniċi periferali; jew
- Klijenti li għandhom bżonn preparazzjoni qabel operazzjoni; jew
- Klijenti li jeħtieġu trattament li ma jistax isir kif suppost f’ċentri tas-saħħa jew kliniċi
Dokumentazzjoni meħtieġa:
- Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-klijent. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku
- Ittra medika riċenti tar-rilaxx tal-klijent imsejħa case summary, jew referenza riċenti mit-tabib. Din ir-referenza medika trid tinkludi d-dettalji kliniċi tal-klijent u l-istorja medika jew kirurġika tiegħu, is-servizz meħtieġ u l-frekwenza, u lista ta’ mediċini/medikatura
- Lista ta’ affarijiet li jiġu kkunsmati jew materjali meħtieġa sabiex l-care worker tkun tista’ tipprovdi s-servizz mitlub
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Iċċekkjar ta' Applikazzjoni
3 ijiem
Proċessar ta' Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata