Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 07 Lulju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga tista' tingħata lil persuna li qed tattendi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew alkoħol. L-Assistenza għal Persuni Dipendenti mid-Droga m’għandhiex Test tal-Mezzi.
 

X’ser​ tingħata

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga titħallas b’rata fissa kull ġimgħa.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • L-applikant/a i/trid i/tkun qed j/tattendi l-Programm ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga jew Alkoħol volontarjament u mhux bħala riżultat ta’ deċiżjoni tal-qorti.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Ittra tad-dħul għall-Programm ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga jew l-Alkoħol mill-Istituzzjoni tar-Rijabilitazzjoni.

Kif tapplika​

Imla’ u ibgħat l-applikazzjoni online.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika