Ħarsa ġenerali
L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla.
X’ser tingħata
Ikla waħda kuljum, li tkun imwassla kiesħa. Dan sabiex l-ikel ikun ikkunsmat fil-ħin li jixtieq il-klijent. Għandu jkun żgurat li l-ikel jiġi msaħħan qabel jittiekel. Il-menu joffri varjetà ta’ ikliet għal 7 ijiem konsekuttivi. Kull ikla ta’ kuljum tikkonsisti fi starter, il-kors ewlieni u deżerta.
Kull applikant jiġi mistoqsi sett ta’ domandi sabiex jiġi żgurat li s-servizz qed jiġi pprovdut lill-persuni eliġibbli.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq; jew
Persuna taħt is-60 sena u li għandha l-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport
Dokumentazzjoni ġenerali:
Applikazzjoni mimlija nkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-rapport mediku
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Dan is-servizz hu bi ħlas issussidjat ta’ €2.20 għal kull ikla. Ħlas bi flus kontanti għandhom jingħataw mill-benefiċjarju lil persuna li tkun qed twassal l-ikla.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Ipproċessar ta' Applikazzjoni
10 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata