Liċenzja biex jingħata Servizz ta' Ħarsien Soċjali

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Konformi mal-Artikolu 20 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, Kapitolu 582

X’ser​ tingħata

L-Awtorità għandha toħroġ liċenzja lil provditur ta’ servizz prospettiv jekk tkun sodisfatta li l-provditur ta’ servizz prospettiv.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Tikkonforma mal-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mill-Awtorità
  • Tikkonforma mal-istandards rilevanti għas-servizz ta’ wens soċjali propost u kull regolament magħmul taħtdan l-Att
  • Ma jkunx jikser xi liġijiet oħra jew regolamenti applikabbli oħrajn

Kif tapplika​

Meta aġenziji, entitajiet pubbliċi jew privati jew kull entità jew persuna oħra li tkun biħsiebha tipprovdi iktar minn servizz ta’ wens soċjali wieħed, jew tipprovdi l-istess servizz ta’ wens soċjali iżda minn aktar minn lok wieħed, għandha tressaq applikazzjoni separata għal kull servizz ta’ wens soċjali.

Niżżel u imla l-applikazzjoni korrispondenti u ibgħatha lill:

Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali

469, Institut Bugeia
Triq il-Kbira San Ġużepp
Santa Venera SVR 1012
 

Kronoloġija

Applikazzjoni Sottomessa

Ġurnata

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Ipproċessar u Analiżi ta' Liċenzja

14 - il jum

Applikazzjoni Kompluta

50 jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika