Ħarsa ġenerali
L-għan tal-programm huwa li jipprovdi lill-parteċipanti b’għarfien bażiku dwar l-ambjent soċjali, kulturali, storiku, ekonomiku, demokratiku, legali u ċiviku ta’ Malta, filwaqt li jsaħħaħ il-kapaċità prattika tagħhom biex jinnavigaw il-ħajja ta’ kuljum, jaċċessaw is-servizzi, jifhmu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, u jipparteċipaw b’mod rispettabbli fis-soċjetà Maltija.
X’ser tingħata
Il-programm jipprovdi lill-parteċipanti b’għarfien prattiku dwar il-ħajja f’Malta, inklużi l-kultura u s-soċjetà, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, is-servizzi pubbliċi, l-impjieg, is-saħħa, l-edukazzjoni, s-sigurtà soċjali, l-parteċipazzjoni fil-komunità u l-proċeduri relatati mar-Residenza fit-Tul.
Il-programm jinkludi tagħlim fil-klassi, żjarat edukattivi u sessjonijiet strutturati ta’ informazzjoni.
It-tlestija b’suċċess tal-programm tissodisfa r-rekwiżit tal-orjentazzjoni kulturali għar-Residenza fit-Tul, suġġett għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha.
Eliġibbiltà
Permess ta’ Residenza validu, Dokument ta’ Persuna li Qed Tfittex l-Ażil jew Dokument CIO. Id-dokumenti għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet Maltin.
Ċertifikat I Belong tal-Orjentazzjoni Kulturali– Stadju 1 jew ċertifikat tal-‘New Course on Maltese Language and Culture’
Kif tapplika
L-applikazzjonijiet għall-Programm I Belong issa jistgħujiġu sottomessi permezz tal-Integration Services Platform. Ladarba jkunu rreġistrati, kull parteċipant ikollu profil personalizzat fejn ikun jista’ jara informazzjoni rilevanti u aġġornamenti dwar l-applikazzjoni u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm.
Formola ta’ applikazzjoni onlajn: Click here
Applikanti li jeħtieġu għajnuna bl-applikazzjoni jistgħu wkoll jikkuntattjaw jew iżuru:
Direttorat għad‑Drittijiet tal‑Bniedem
A3 Towers, Level 0, Triq l‑Arkata, Paola, Malta
Ċentri ta’ Servizz.gov
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq ibelongcourses@gov.mt.