Ħarsa ġenerali
Il-benefiċjarji ta’ dan il-ħlas ta’kKumpens finanzjarju huma ċittadini li kellhom okkupazzjoni bi qligħ matul l-2024 u li d-dħul tagħhom ma qabiżx is-€60,000. L-ammont tal-ħlas ta’ kumpens ivarja skont id-dħul riċevut matul l-2024.
X’ser tingħata
Persuni eliġibbli jistgħu jibbenefikaw minn ħlas annwali ta’ darba, skont id-dħul u l-istatus tat-taxxa tagħhom.
Komputazzjoni Persuna Waħidha | Amount |
|---|---|
€0 - €15,000 | €125 |
€15,001 - 30,000 | €95 |
€30,001 - €59,999 | €60 |
Komputazzjoni Miżżewġin | Amount |
|---|---|
€0 - €20,000 | €140 |
€20,001 - €40,000 | €110 |
€40,001 - €59,999 | €65 |
Komputazzjoni Ġenitur | Amount |
|---|---|
€0 - €15,000 | €135 |
€15,001 - €30,000 | €105 |
€30,001 - €59,999 | €60 |
Eliġibbiltà
l-ħlas jinħareġ awtomatikament lil ċittadini li ħadmu matul l-2024, li għadhom residenti f’Malta u li għandhom kont tat-taxxa attiv. Jekk il-benefiċjarju kellu l-obbligu li jissottometti l-Formola tat-Taxxa għas-Sena ta’ Stima 2025, din kellha tiġi sottomessa kif dovut u fil-ħin, u tkun ġiet ipproċessata mill-MTCA.
Dokumenti meħtieġa:
Ikkuntattja lil Servizz.gov fuq 153 jew ibgħat email lil servizz@gov.mt, u daħħal id-dettalji tal-IBAN u tal-kuntatt tiegħek fuq mytax.mtca.gov.mt
Kif tapplika
Jekk inti eliġibbli iżda ma rċevejtx il-ħlas wara li dan ikun inħareġ, ikkuntattja lil Servizz.gov fuq 153 jew ibgħat email lil servizz@gov.mt