Reġistrazzjoni ta' Pubblikatur ta' Gazzetta

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

It-Taqsima tar-Reġistru tal-Istampa tinsab ġewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taġġorna r-reġistru tal-gazzetti skont l-Att dwar l-Istampa.

Kull min hu pubblikatur ta' gazzetta għandu, fi żmien għaxart ijiem milli jsir pubblikatur, jimla l-formola tal-applikazzjoni u jgħaddiha lir-Reġistru tal-Istampa waqt li jiddikjara l-informazzjoni personali u d-dettalji tal-gazzetta. Il-pubblikatur għandu jżommu lir-Reġistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tiegħu u għandu jikkomunika lir-Reġistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-bidla.

X’ser​ tingħata

L-informazzoni tiġi aġġornata fir-Reġistru tal-Istampa.

Eliġibbiltà​​

Kull min hu residenti f'Malta u li għalaq it-18-il sena.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dettalji meħtieġa:
i) Kopja tal-karta tal-identità

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika