Ħarsa ġenerali
Permezz ta' din il-formola, kumpaniji privati u dipartimenti/entitajiet tal-Gvern jistgħu jitolbu lill-istaff tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) biex iżur il-post tagħhom sabiex l-istaff tas-CPD ikun jista' jsir familjari mal-bini, il-post u materjali oħra li jinżammu jew jiġu manifatturati fuq il-post.
Din il-formola tintuża wkoll bħala talba lis-CPD biex tattendi u tipparteċipa waqt xi eżerċizzju ta' tifi ta' nar organizzat minn kumpaniji privati u dipartiment/entitajiet tal-Gvern.
X’ser tingħata
L-applikanti jserrħu rashom hekk kif is-CPD jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-lok, post, eċċ.
Eliġibbiltà
Kull kumpanija jew dipartiment tal-Gvern. Għandu jitħallas dritt ta' €35 għas-servizz/amministrazzjoni, biex jipparteċipaw fit-taħriġ ta' tifi tan-nar mis-CPD.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Ġurnata